![]() |
|||
|
|
|||
Merħbafil-websajt tal-Kumitat Festi Esterni, Parroċċa Madonna tal-Karmnu Fleur-de-Lys. Il-ħsieb li għalih għamilna din il-websajt huwa li nkunu nistgħu nikkomunikaw ma dawk li jħobbu l-festi kemm f’Malta u kif ukoll dawk ħutna l-Maltin li jgħixu barra dawn il-gżejjer. Għalhekk filwaqt li f’dawn il-paġni qegħdin nippreżentaw dak li l-kumitat irnexillu jwettaq f’dawn l-aħħar tmien snin li ilu mwaqqaf nixtiequ ħafna nirċievu mingħandkom permezz tal-emejl il-kummenti ta’ x’taħsbu fuq il-festa tal-Madonna tal-Karmnu li tiġi iċċelebrata fi Fleur-de-Lys fl-ewwel Ħadd ta’ Lulju. Is-suċċess għalina ta’ din il-websajt ma huwiex kemm nies jidħlu fuqha biex jarawha imma kemm jirnexxielna inwasslu l-messaġġ b’dan il-mezz teknoloġiku li l-għajnuna ta’ Alla u l-Madonna tal-Karmnu kienu dejjem magħna biex jgħinuna nwettqu dak kollu li għamilna għax kif naqraw fis-salm 127, “Jekk id-dar ma jibniex il-Mulej, għalxejn jitħabtu l-Bennejja”.
|
|||
|
|
|||
|
Fl-istess ħin nirringrazzjaw lil Fr. Daniel Galea u lil Br. Vincent Rotin li ġew mibgħuta f'parroċċi oħra. Nawgurawlhom. |
|||
|
Jekk trid tara l-programm tal-festa ta' din is-sena mur fil-paġna tal- Programmi |
|||
|
|
|
||