|
Il-kumitat għas-sena 2009/2010
Il-Ġimgħa
25 ta’ Settembru 2009 saret il-Laqgħa
Ġenerali
fiċ-Ċentru Familja Karmelitana. Matul din il-laqgħa
sar il-qari tal-Minuti ta’ l-aħħar
Laqgħa
Ġenerali,
il-qari tar-Rapport Amministrativ u l-preżentazjoni
tar-Rapport Finanzjaru. F’din il-laqgħa
saret emenda għall-istatut
li ġiet
approvata minn dawk preżenti.
Matul din il-laqgħa
ġew
preżentati
l-erbatax il-kandidat li tefgħu
n-nomina biex ikunu membri fil-kumitat tas-sena 2009-10.
It-Tnejn ta’ wara saret l-ewwel laqgħa tal-kumitat li fiha nħatru l-uffiċjali.
Dawn irriżultaw hekk:
President:
John Mercieca Hounsell
Kappillan
u Direttur
Spiritwali: Fr Joe Saliba O. Carm
Viċi
President: Vince Bonello
Segretarju
u Kaxxier: Joseph Mercieca
Viċi
Segretarju: Adrian Xuereb Archer
Viċi
Kaxxier: Reuben Micallef
PRO:
Gilbert Micallef
Direttur
tal-Maħżen: Daniel
Bonello
Direttur
tal-Armar: Jason Zammit
Viċi
Direttur tal-Armar: Victor Portelli
Direttur
tan-Nar: Peter Mercieca
Membri:
Joseph
Borg Bonaci, Matthew Montebello, Horace Vella u Stephen Xuereb Archer.
L-Istorja tal-Kumitat
Il-Kumitat
Festi Esterni Parroċċa Madonna tal-Karmnu Fleur-de-Lys twaqqaf
fis-16 ta’ Novembru 2000 fuq inizzjattiva ta’ grupp ta’ nies li
xtaqu li l-festa fi Fleur-de-Lys tiġi organizzata aħjar. L-ewwel
laqgħa saret f' 5, Corwen, Trejqa Fleur de Lys. Għall-bidu,
l-Kumitat twaqqaf bħala wieħed proviżorju sakemm ġie
approvat l-istatut ta’ l-għaqda fil-Laqgħa Ġenerali
Annwali tat-13 t’Ottubru 2001.
F’din
il-laqgħa ġew magħżula 13-il membru fi ħdan
il-Kumitat għas-sena 2001/2002 li kollha kellhom il-karigi
rispettivi tagħhom.
Dan
il-Kumitat sar bl-approvazzjoni tal-Komunita Karmelitana u fil-Kumitat
stess insibu lill-Kappillan tal-parroċċa bħala
Direttur Spiritwali.
Il-Kumitat
huwa rappreżentat fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
L-iskop
ta’ dan il-Kumitat hu dak li jieħu ħsieb jorganiżża
l-Festi Esterni f’ġieħ il-Padruna tal-parroċċa tagħna,
il-Madonna tal-Karmnu.
Il-Kumitat
jiltaqa’ fil-maħżen ta’ l-armar u ġeneralment il-laqgħat
isiru darba fix-xahar madankollu, l-ġranet u l-frekwenza tal-laqgħat
ivarjaw skond il-ħtieġa. Bejn Settembru u Ottubru ta’ kull
sena issir il-Laqgħa Ġenerali li għaliha jkunu mistiedna
l-membri ordinarji kollha. Dak inhar issir ukoll l-elezzjoni għall-Kumitat.
Il-Kumitat
għandu wkoll il-membri ordinarji. Sa issa l-Kumitat għandu
madwar mitt membru. Kull min jixtieq japplika biex isir membru huwa
mitlub li javviċina xi membru tal-Kumitat jew jibgħat email.
Ir-responsabiltajiet
tal-Kumitat jinkludu:
1.
Armar tat-toroq kollha tal-parroċċa fil-festa,
2.
Manutenzjoni ta’ l-armar,
3.
Servizzi ta’ baned matul il-ġranet tal-festa
4.
Nar tal-festa
5.
Ġbir ta’ fondi mit-toroq tal-parroċċa għall-festa
6.
“Fund raising activities” b’risq il-festa.
F’dawn
it-tmien snin li ilu mwaqqaf saru diversi opri ġodda bil-għajnuna
ta’ diversi benefatturi. Dawn jinkludu:
-
Statwa tal-Madonna biex tintuża fil-purċissjoni tat-tfal.
-
Bandalora
Kbira li tintrama ħdejn ir-roundabout ta’ Fleur-de-Lys,
Pittura ta' Paul Galea
-
L-Ewwel
Statwa ta’ San Ġorġ Preca mill-istatwarju Alfred
Camilleri Cauchi
-
Sett
ta’ tmien pavaljuni għall-triq Borg
-
Erbgħa
Anġli għal maġemb il-knisja xogħol ta’ Pawlu
Aquilina
-
Erbgħa
Brazzi
għal
Idejn l-Anġli
-
Trofej
għal Triq Fleur-de-Lys
-
Lampjuni
għal ħdejn il-Madonna li tintrama fil-bidu ta’ Trejqa
Fleur-de-Lys
-
Sett
ta’ sitt bandalori għal triq Fleur-de-Lys bil-pittura
tal-qaddisin Karmelitani xogħol ta’ Joseph Cauchi
-
Kuruna
ta’ l-istainless steel għal trejqa Fleur-de-Lys
-
Arbli
ħdejn
il-ġnien
Il-Kumitat
għamel ukoll tibdil fil-baned li jkunu mistiedna għall-festa
biex il-festa tkun aħjar.
Fuq
inizjativa tal-Kumitat, matul
il-ġranet tal-Milied tiġi armata triq Fleur-de-Lys. Il-Kumitat
jorganizza wkoll wirja tal-Ġimgħa l-Kbira bejn Ħadd il-Palm
u l-Ġimgħa l-Kbira.
Il-Maħżen
ta' l-Armar
F’waћda mill-ewwel
laqgћat wara li twaqqaf il-kumitat ġie deċiz li jinstab
post fejn jinћadem u jintrefa l-armar tal-festa u jibdew isiru l-laqgћat,.
Gћal dan il-gћan
saret proposta lill-komunità biex il-kumitat ikun jista jirranġa u
juża ż-żewgt ikmamar ta’ wara s-sagristija, magћrufa
aћjar
man-nies tal-Fleur-de-lys bћala
il-club ta’ l-abbatini. Dan il-post ma kienx baqa’ jintuża wara
l-bini taċ-Ċentru Familja Karmelitana. Din il-proposta kienet
ġiet milqugћa.
Gћalhekk
il-kumitat mill-ewwel beda jorganizza ruћu
biex jara x’kien hemm bżonn li jsir ћalli
jibda juża dan il-post.
Billi l-post kien gћal
xi żmien abbandunat, kien hemm bżonn li jsir xogћol
kbir ta’ kostruzzjoni.
Is-saqaf kien fi stat perikoluż ћafna u kien beda
jiżżaqqaq. Gћalhekk
fl-20 ta’ Ottubru 2001 beda x-xogћol tat-twaqqigħ. Wara dan kien imiss it-tindif tal-post mid-debri
tas-saqaf u l-ћafna
materjal ieћor li nġemma matul iż-żmien li dan il-post ma kienx qiegћed jintuża. Tneћћew
aktar minn 20 trukk ta’ materjal.
Wara
sar l-armar tax-xaters u x-xogħol tal-konkos. Tlett gimgћat wara tneћћa
x- xater u beda x-xogћol tal-eletriku, plaming, kisi u tibjid. Sar ukoll xogћol ta’ ћadid,
bћal bieben, twieqi u xkaffar.
Uћud mill-membri tal-kumitat flimkien ma xi voluntiera gћaddew diversi sibtijiet u magћhom il-vaganzi
tal-Milied jaћdmu
f’dan il-post sabiex il-maћżen seta jinfetaħ mill-aktar fis possibli. Il-Kumitat
ћaseb biex il-ftuћ tal-post isir fl-okkażjoni tal-festa ta’ Jum il-Parroċċa.
Il-Maħżen ġie miftuħ uffiċjalment mill-President
tal-Kumitat Tony Sciberras De Giovanni u tberik tal-post sar mill-kappillan
Patri Mawriz Mizzi fit-23 ta’ Jannar 2002.
Jumejn
wara fil-25 ta’ Jannar, il-festa ta’ Jum il-Parroċċa,
f’dan il-post ilqajna lill-Provinjal Fr Amadeo J. Zammit. Huwa, li kien
jaf tajjeb il-post setgħa jara t-tibdil li sar.
Għalkemm
konna nafu li huwa bżonn, minħabba l-finanzi limitati li dejjem kellu
l-kumitat ma stajniex nagħmlu x-xoghol tal-kontrabejt tas-saqaf dak
is-sajf stess. Għalhekk qabel l-bdiet ix-xitwa tas-sena 2004, grupp
ta’ volontieri flimkien ma membri tal-kumitat
ħadmu bla heda biex biex fi tliet sibtijiet għamilna dan
ix-xoghol li sewa lill-kumitat l-ispejjeż tal-materjal biss.
Illum fil-maħżen
isir ħafna xogħol bħal ħjata ta’ bandalori u
pavaljuni, żebgħa tal-armar, ħazna ta’ parti mill-armar u
l-laqgħat. Tintrama wkoll il-wirja tal-Gimgħa l-Kbira. Wara dawn
il-ftit snin qiegħed jinħass ukoll li l-post huwa zgħir għalina.
Tony
Sciberras de Giovanni
l-Ewwel
President tal-Kumitat
(2000 - 2007)
Lil
Tony Sciberras de Giovanni ftit li xejn kont nafu qabel ma sirt membru
tal-Kumitat. Kif jgħidu dawk kollha li kienu miegħu meta twaqqaf
l-ewwel kumitat proviżorju, Tony kien il-bniedem idejali fil-ħin
opportun għal-kumitat. Il-problemi biex twaqqaf l-ewwel kumitat ma
naqsux u kieku ma kinitx għall-esperjenza li hu kellu f’diversi
organizzazjonijiet u boards li ħadem fihom, kieku x-xogħol
tal-kumitat ma kienx jibda u jibqa’ miexi dejjem il-quddiem.
Huwa
trabba fil-Fleur-de-Lys u baqa’ jgħix f’dan ir-raħal. Lil
Madonna tal-Karmnu, speċjalment dik meqjuma fil-parroċċa tagħna
kien iħobbha ħafna. Dan kien joħroġ ċar meta waqt
xi laqgħa tal-kumitat jew waqt xi attivita’ d-diskors kien jaqa’
fuq hekk. Kien bniedem li jaf jirrakonta ħafna. Erħilu
jirrakkonta fuq meta kien abbati u kemm kien igħin quddies ma’ l-ħafna
pirjoli u patrijiet tal-passat li ħadmu fil-knisja tagħna.
Tony
kien il-bniedem li jgħamlilna kuraġ f’dak kollu li konna nagħmlu.
Ma ninsa qatt meta kien jiġi għal ftuħ tal-Wirja tal-Ġimgħa
l-Kbira, u wara li jdur dawra biex jara dak kollu li kien ikun armat
fil-maħżen sa l-anqas dettal, kien idur dawra lejna u jgħidilna
“First Class, First Class, hawn għandna biex nikkompetu!, ma
stennejtx li ser ikollna dan kollu”
Huwa
kellu karattru ċajtier u dejjem ferħan. Kulħadd kien jieħu
pjaċir jitkellem miegħu kemm il-membri żgħażagħ
kif ukoll dawk inqas żgħażagħ. Kien bniedem tal-punt.
Ma jerġax lura minn kelmtu. Ma nistax ninsa qatt dawk il-ġranet
li konna nitilgħu Għawdex miegħu jew biex naraw l-anġli
waqt li kienu qegħdin jinħadmu jew xi xogħol ieħor.
Tony
kien bniedem ġeneruż u benefattur kbir għall-kumitat. Fl-ewwel
sena li twaqqaf il-kumitat Tony kien ħallas għall-istatwa tal-Madonna
tal-purċissjoni tat-tfal li ssir it-Tlieta tal-festa. Xi ftit wara
kien ġie jgħidilna li hu xtaq li jħallas għal statwa oħra.
Huwa staqsa lilna xi statwa għandna nagħmlu. Min jissuġerixxi
ħaġa u min oħra, fl-aħħar il-kumitat iddeċida
li nagħmlu lil Dun Ġorġ bħala Terzjarju Karmelitan,
billi dan il-qaddis kien jiġi jitlob fil-knisja tagħna.
L-aħbar
tal-mewt tiegħu fid-29 ta’ Settembru 2007 ħasditna. Tony kellu
xewqa kbira li ma wettaqniex fil-parroċċa tagħna, dik li
nibdew norganizzaw l-purċissjoni ta’ Kristu Irxoxt għat-tfal
nhar Ħadd il-Għid. Imma din il-festa ma kenitx tiddependi mill-kumitat
biss biex issir u għalhekk qatt ma għamilniha. Illum jiena
nemmen li Tony xewqtu qatagħha mod ieħor u hu qiegħed
ħdejn Kristu Irxoxt biex igawdih u fl-istess ħin jistenna lilna
biex jekk inkunu bil-għaqal bħalu aħna wkoll immorru ngawdu
lil Kristu Irxoxt fis-sema. |