|
Innu Marċ
Mużika:
Mro. Carmelo Zammit.
Kliem:
Charles Mifsud.
Arranġament
mużikali: Mro. Lawrence Borg.
Kompożizzjoni:
1979
Illum
il-festa tagħna
Qegħdin niċċelebraw
Ejjew ifirħu magħna
Ejjew biex
nonoraw
Inqimu
lill-Padruna
Ta’ l-art u
tas-smewwiet
Fost
l-għajjat u l-briju
It-tisfir
tal-gassijiet
Mal-ħoss
tal-murtali
Inġeddulek
il-wegħdiet.
Rit: Viva
Marija
O
Madonna nqimuk
Viva
Marija
O
Madonna inħobbuk
Żommna
fi ħsiebek
Għax
aħna wliedek
Din
hi l-wegħda tagħna
Madonna
nħobbuk.
Ġejna
nsellmulek
B’mod
speċjali f’dan il-jum
Jum
li għal ismek
U
għal Ibnek hu meqjum
Ejj’għammar
magħna
Fil-fond
tal-qalb tagħna
Din
hi l-wegħda tagħna
Madonna
nħobbuk.
Illum it-toroq
tagħna
Jinsabu
mdawlin
Lesti biex
jilqgħu fihom
Lill-Omm tagħna
l-bnedmin
Meqjuma
bl-akbar għożża
Mogħtija
l-akbar ġieħ
Ma’ talbna
minn qalbna
U l-kant ta’
l-innijiet
Lilek O
Marija
Inġeddulek
il-wegħdiet.
Rit:
Viva
Marija
|