|
Innu
Popolari
Mużika:
Mro. J. Abela Scolaro
Kliem: P.
Benedit Caruana O.Carm
Tal-Karmelu
Warda ħelwa,
Fik kull għaxqa, fik kull ġmiel,
Insellmulek bl-akbar qima
Fjuri ifewwaħ, qatt midbiel.
Rit: O
Madonna tal-Karmelu,
Fuq sidirna l-Labtu tiegħek
Lilna żejjen bħala wliedek;
Bih wettaqna u żommna miegħek
Qalb
il-palm, il-ward, l-vjoli
Qalb iż-żgħar u l-ġiżimin,
Inti
ssaltan fl-oħla ġenna
Omm ħanina tal-bnedmin
Rit:
O Madonna tal-Karmelu
F’dik
il-ġenna miegħek ridtna
Magħqudin bl-għeżeż rabtiet
U
din l-għaqda saħħaħt fina
B’libsa mqaddsa tas-smewwiet.
Rit:
O Madonna tal-Karmelu
Fuq
dal-ġmiel int kewkba tiddi;
Bl-ilwien tilma bħal qawsalla;
Tħalliniex fid-dlam nintilfu
Dawwal qalbna, Kbira Omm Alla.
Rit: O
Madonna tal-Karmelu
|